Ittra: “Il-Qawmien mill-ġdid tal-Komunisti”
L-ewwel ħaġa rrid nirringrazzja lis-Sur Gaetano Micallef ta’ l-intervista li għoġbu jagħmilli u li xxandret fil-pubblikazzjoni ta’ l-Orizzont ta’ nhar it-Tnejn, 12 ta’ Lulju taħt it-titlu “Il-Qawmien mill-ġdid tal-Komunisti”. Nixtieq nagħti prosit lis-Sur Gaetano Micallef għall-mod professjonali ta’ kif wassal din l-intervista .
Ħafna minn dak li ntqal matul din l-intervista jagħti l-impressjoni żbaljata dwar kif iħares lejn ix-xenarju politiku l-Partit Komunista Malti llum. Dan ma huwa tort ta ħadd, forsi għaliex il-mistoqsijiet kienu aktar ta’ natura storika, fejn jien kelli nirrispondi għall-mistoqsijiet relatati mal-passat ta’ żmien il-gwerra bierda, u anki qabel.
Il-Partit Komunista Malti jixtieq jiċċara xi punti mal-qarrejja ta’ dan il-ġurnal. L-ewwel nett, il-Partit Komunista Malti mhuwiex partit Stalinista, u qatt ma kien. Il-Partit Komunista Malti twaqqaf fl-1969 meta l-era Stalinista kienet ila ferm li spiċċat.
Il-Partit Komunista Malti jemmen li għandu jimmilita f’ambitu ta’ soċjeta plurali. Xhieda ta’ dan hi li l-Partit kien ikkontesta l-elezzjoni Ġenerali ta’ l-1987.
Preżentament il-Partit Komunista Malti qed jaħdem fi sfera nternazzjonali ma’ Partiti Komunisti u Xellugin favur Ewropa Soċjali. Dan qed jagħmlu billi jipparteċipa f’diversi fora u b’kuntatti diretti ma’ diversi Partiti Komunisti u Xellugin rappreżentati fil-Parlament Ewropej. Fosthom Die Linke (The Left) fil-Ġermanja, the Portugal Left Block, l-AKEL li huwa l-partit fil-Gvern ġewwa Ċipru, ma’ KKE it-tielet l-ikbar Partit fil-Greċja u oħrajn.
Lokalment qed naħdmu ma organizzazzjonijiet oħra xellugin. Xhieda ta’ dan hi l-Gazetta Żminijietna li fil-passat kienet l-organu tal-Partit Komunista. Din illum hija amministrata minn kumitat indipendenti ta’ nies b’idejal xellugi li ġejjin minn kull sfera tas-soċjeta, kif ukoll mill-Partit Laburista, l-Alternattiva Demokratika, Trejdjujins. Sintendi l-PKM huwa wkoll rapprezentant f’dan il-kumitat .
Il-Partit Komunista Malti iħares ukoll b’mod miftuħ lejn l-avvenimenti progressivi u soċjali li qegħdin jseħħu fl-Amerika Latina, fejn diversi pajjiżi fosthom il-Veneżwela, l-Urugwaj, il-Bolivja, l-Ekwador u oħrajn inspirati mir-Rivoluzzjoni Kubana qegħdin jeleġġu gvernijiet xellugin fejn anki l-Partiti Komunisti qed ikunu nvoluti f’dan il-proċess u qegħdin isiru rebhiet kbar kontra l-oligarkiji li fil-passat kienu jaħkmu b’dittatorjati Faxxisti appoġġjati mill-Istati Uniti.
Il-Partit Komunista Malti ser jkompli jaħdem fi sfera Ewropeja fl-interess tal-klassi tal-ħaddiema, il-konsumatur, il-pensjonanti u nies oħra emarġinati. Li hu zgur, il-Partit Komunista Malti mhux ser jappoġġja l-politika neo liberali mħaddma mill-Partiti tal-lemin u ser jkompli jaħdem favur sistema ekonomika soċjali u ġusta.
Nirringrazzjak ta’ l-ispazju li għoġbok tagħtini sabiex nagħmel din il-kjarifikazzjoni.

No comments:
Post a Comment